Il-Bieraħ iż-żgħażgħ naxxarin laqgħu bi ħġarhom is-sejħa għal marċ iddedikata lilom u f’atmosfera mil-aqwa ipparteċipaw b’mod bl-aktar ferrieħi waqt il-marċ tal-ewwel tridu.
Waqt dan il-marċ ġiet imżanżna imrewħa mill-isbaħ li meħudha mill-ħsieb tal-imrewwaħ ta’ qabel, ġiet imodernizata u imsebbħa bl-aktar mod artistiku. Wara il-marċ itella’ feature dwar il-kummissjoni żagħżagħ fejn aparti li qanqal ftit il-memorija ta’ ħafna wera biċ-ċar il-ħidma kontinwa ta din l-kummissjoni f’dawn l-aħħar 20 sena. Eżatt wara inħaraq in-nar tal-art kif ukoll il Pyro musical show li kien sinkrnizzat perfettament mal-mużika. Ta’ minn ngħidu ukoll li tul il-marċ il-banda kienet akkumpanjata min-nies li ħarġu jisimhu il-banda kif ukoll min xogħol mill-isbaħ tan=-nar tal-ajru mid-dilettanti tan nar taghna.
L-appuntament li jmiss huwa għal-għada fejn is-soċjeta tkun qed tgħamel il-marċ il-kbir bil-banda Vittorja u wara xow kbir ta nar tal-art mekkanizzat kif ukoll programm sħiħ ta nar tal-ajru mid-dilettanti tan-nar matul il-ġurnata.
Segwi ftit mir-ritatratti kif ukoll il-live videos li saru tul dan il-marċ:
https://www.facebook.com/bandavittorja/videos/313664502774110/
https://www.facebook.com/bandavittorja/videos/305581036893963/
https://www.facebook.com/bandavittorja/videos/234764407211493/
https://www.facebook.com/bandavittorja/videos/1047289018771327/
https://www.facebook.com/bandavittorja/videos/298733534256358/
https://www.facebook.com/MillFestiTradizzjonaliMaltin/videos/709084366109434/