Marċi mill-Banda Vittorja

Bħal kull sena għall-festa ad unur il-Patruna tagħna Marija Bambina, il-Banda Vittorja tallegrana b’marċi brijużi madwar it-toroq tar-raħal. Fil-festa, il-banda tkun impenjata b’xejn inqas minn 4 marċi.

Nhar it-Tnejn 4 ta’ Settembru (l-Ewwel Tridu), fit-8:00pm il-Banda Vittorja tagħmel il-Marċ taż-Żgħażagħ. Dan jibda minn Triq l-Għenieq (ħdejn il-Vascas) u jkompli għal Triq il-Greċja, Triq il-Missjunarji, Triq il-Maħluġ, Triq il-Qoton, Triq l-Imraden, Triq l-Imħalla, Triq il-Musbieħ, għal-Vjal il-21 ta’ Settembru, Triq Żenqa, Triq Santa Luċija u jintemm f’Misraħ ir-Rebħa. Il-marċ jintemm għall-ħabta tal-11:00pm fejn wara jkun hemm spettaklu awdjo viżiv, il-ħruq tan-nar tal-art u spettaklu tan-nar sinkronizzat mal-mużika.

Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Settembru (l-Aħħar Tridu), fid-9:00pm il-Banda Vittorja tagħmel il-Marċ il-Kbir. Dan jibda minn Triq San Ġwann u jkompli fi Triq Santa Luċija u jintemm f’Misraħ ir-Rebħa. Il-marċ jintemm f’nofs il-lejl fejn wara jkun hemm il-ħruq tan-nar tal-art.

Nhar il-Ħamis 7 ta’ Settembru (Lejliet il-Festa), fis-7:30pm il-Banda Vittorja tagħmel il-Marċ tad-Dimostrazzjoni. Dan jibda minn Triq is-Sejjieħ, Triq Leli Falzon, Triq Ġużeppi Stivala, Triq il-Kbira, Triq San Ġorġ, Triq l-Oratorju, Triq il-Parroċċa, lejn Pjazza Vittorja (minn naħa ta’ Palazzo Parisio). Fit-8:30pm il-banda tasal f’Mistaħ ir-Rebħa fejn tingħaqad max-xbieha ta’ Marija Bambina u tipprosegwi lejn Vjal il-21 ta’ Settembru, Triq Żenqa u tintemm fi Triq Santa Luċija għall-ħabta tal-10:30pm.

Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Settembru (Nhar il-Festa), f’nofsinhar il-Banda Vittorja tagħmel il-Marċ ta’ Filgħodu. Dan jibda minn quddiem is-sede tas-soċjetà fi Triq Santa Luċija u jipproċedi fi Triq l-Ifran, Vjal il-21 ta’ Settembru, Vjal il-Labour, Misraħ ir-Rebħa u jintemm fi Triq Santa Luċija għall-ħabta tat-3:00pm.

Il-Banda Vittorja dejjem tkun taħt id-direzzjoni mużikali tas-Surmast Direttur tagħha, Roderick Bugeja.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top