Masterclass tal-Kant ma’ Glen Vella

Grazzi għal fond Kommunitajiet Kreativi fi ħdan il-Kunsill Malti għal-Arti, is-soċjeta bil-proġett tagħha “Gathering Youths Through Arts”, qed torganizza tlett t’ijiem ta’ Masterclasses fuq il-kant minn Glen Vella, kantant u vocal coach mal Vocal Booth Studios. Dawn il-masterclasses ser ikunu maqsumin f’żewġ gruppi: Grupp A għal tfal bejn 10 u 15-il sena u Grupp B għal żgħażagħ bejn 15 u 20 sena. Din mhix kompettizzjoni imma hija opportunita’ ta aktar għarfien dwar it-teknika tal-kant u teknika biex tkanta ma band live, f’kull forma tagħha. Il-Masterclass hija iffinanzjat mil-proġett u għaldaqstant huwa b’xejn għal min japplika u jattendi il- jiem kollha tal-attivita.

Singing MC poster (2).jpg

L-applikanti iridu:

Jibgħatu silta qasira ta mhux aktar min minuta fejn ikunu qedin ikantaw.

Jipreparaw silta mhux itwal min minuta għal waqt il-klassi kif ukoll iġibu il-“backing track” tas-silta magħżula.

Matul l-aħħar ġurnata (20 ta’ Settembru) ser issir showcase bejn il-parteċipanti kollha fejn kulħadd ikun mistieden jattendi.

Kull parteċipant, ser ikollhu ċans li jiġi magħżul min bord ta’nies professjonali, biex ikanta mal-banda fil-kunċerti li jssiru mill-istess soċjeta’ bejn Novembru 2018 u Settembru 2019, hekk kif ikun maqbul min dan il-bord.

Mhux kull parteċipant jista’ jkun magħżul li jkanta live mal-banda.

Kull parteċipant ser jiġi msejjaħ biex ikanta fl-attiviatjiet li jsiru mis-soċjeta tul l-istess perjodu, f’okkażjonijiet varji.

Is-sezzjonijiet huma b’xejn imma irid jgħati €30 bħala depożitu li jitħallas wara li tiġi aċċetata l-applikazzjoni. Dawn jingħataw lura KOLLHA jekk l-applikant/a tattendi is-sezzjonijiet kollha u il-postijiet huma limitati u jiġu aċċetati fuq bażi first come, first served. Id-dati huma bejn it-Tlieta 18 u l- Ħamis, 20 ta’ Settembru.

Is-sezzjonijiet ser issiru kollha bil-lingwa Maltija

Dawk kollha li ma jiġux aċċetati jistgħu jattendu għal masterclass imma ma jkunux jistgħu jipparteċipaw waqt is-sezzjonijiet u lanqas waqt il-kunċert u ma jkunux validi għal konsiderazzjoni tal-bord.

L-applikazzjnijiet jiġu milqugħa sal-Ġimgħa, 24 ta’ Awwissu f’nofsinhar.

Is-sezzjonijiet ħa jkunu maqsuma hekk:

Grupp A:

18 ta’ Settembru mid-9:00am sal- 11:30am

19 ta’ Settembru mid-9:00am sal- 11:30am

20 ta’ Settembru mid- 9:00am sal-11:00am (Kunċert)

Grupp B:

18 ta’ Settembru mid-12:15pm sal- 2:45pm

19 ta’ Settembru mid-12:15pm sal- 2.45pm

20 ta’ Settembru mid- 9:00am sal-11:00am (Kunċert)

Imla l-Applikazzjoni tiegħek hawn:

[contact-form to=”banda@bandavittorjanaxxar.net”][contact-field label=”Isem u Kunjom L-Apllikant” type=”name” /][contact-field label=”Email” type=”email” required=”1″ /][contact-field label=”Mobile Number” type=”text” required=”1″ /][contact-field label=”Informazzjoni Medika” type=”textarea” /][contact-field label=”Genitur/Gwardjan Legali jekk taħt it 18-il sena” type=”text” /][contact-field label=”Mobile tal- genitur/gwardjan” type=”text” /][contact-field label=”GRUPP” type=”select” options=”Grupp A,Grupp B” required=”1″ /][contact-field label=”Data tat-twelid tal-Applikant” type=”text” required=”1″ /][/contact-form]

Ibgħat il-clip tiegħek fuq banda@bandavittorjanaxxar.net.  Jekk il-clip hija akbar minn 3MB l-email trid tinbgħat min fuq is-sit www.wetransfer.com. L-applikazzjoni tiġi nulla jekk il-clip ma jasalx

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top