Il- Victory Brass Ensemble ser idoqq f’akkaddemja mużikali bl’isem ta “Meditation” ġewwa is-Santwarju ta Ġesu’ Ħniena Divina tan-Naxxar nhar it-Tlieta 24 ta’ Marzu. Dan huwa l-ewwel program tax-xorta tieghu min din l’ensemble fi ħdan il-banda tagħna, fejn taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Roderick Buġeja ser jindaqqu siltiet mużikali mill-isbaħ ta’ dan iż-żmien tas-sena.
Hija ukoll l-ewwel okkazjoni li s-socjeta ser tesegwixxi akkademja go dan is-Santwarju li laqgha fih uhud mill-aqwa talent malti fosthom il-Malta Youth Orchestra, il-Malta Phlarmonic Orchestra u t-Tenur Joseph Calleja.
Fost oħrajn ser jindaqqu siltiet b’arranġamenti speċjali minn Bach, Caccini, Bozza, Handel u tal-kompożitur il-mibki Prof. Charles Camilleri. Ma din l’ensemble ser jinghaqdu ukoll bħala solisti il-mużiċisti Christine Dimech, Graziella Vella u Nathalie Cachia Bonavia kif ukoll il-Kantanta Alexia Agius.
Din l-akkademja ser tibda fis-19:00 u id-dħul huwa b’xejn fejn kulħadd huwa mistieden jattendi.