Merħba

Merħba fis-sit uffiċjali ta’ l-Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja, Naxxar.

Tgħarif dwar is- sit eletroniku

Din is-sit ġiet imtella’ f’Jannar tas-sena 2005 wara li nħasset il-ħtieġa li jkollna sit fuq l-internet dwar is-soċjeta` tagħna li ilha mwaqqfa sa mill-1916 imma l-banda twaqfet fl-1989.

Kien l-1 ta’ Mejju 1916 meta s-surmast Giuseppe Stivala u Naxxarin oħra waqqfu ic-Cicolo La Vittoria, għaqda li l-iskopijiet tagħha kienu soċjali, teatrali u mużikali. Matul iż-żmien din l-għaqda kienet dejjem fuq quddiem fl-attivitajiet ta’ dan ir-raħal iżda kien fl-1 ta’ Settembru 1989 li ġiet inawgurata uffiċjalment il-Banda Vittorja biex b’hekk is-Soċjetà twaħħdet iktar mal-festa titulari u saret promovitriċi u ambaxxatrici tal-kultura mużikali Naxxarija iktar minn qatt qabel. Fis-sena 2006 ġiet imwaqqfa l-iskola tal-mużika “George Vella” biex b’hekk is-Soċjetà tkun iffukata iktar fuq tagħlim professjonali tal-mużika u l-impenji tal-“Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja”, li komplew dejjem jiżdiedu minn sena għall-oħra.

Għaldaqstant, nixtiequ nistednukom tidħlu f’din is-sit tagħna fejn issiru tafu aktar dwar is-Socjeta` u l-festa li tiċċelebra fil-jum tat- twelid ta’ Sidtna Marija.

Barra minn hekk nixtiequ nistednuk ukoll sabiex issegwi is-sit tas-socjeta’ biex tkun taf iktar dwar l-attivitajiet li jkunu ser isiru fi ħdan is-soċjeta’.
Grazzi