Ghall- Edizzjoni Specjali tat-Talent Zaghzugh 2014 ta nhar is-Sibt li gej, ser ikun hemm il-Gitarista Naxxari ta fama nazzjonali Luke Agius maghruf ahjar bhala Lulu. Luke ser ikun qed jiehu sehem mal-banda waqt wahda mil-bicciet muzikali ippreparati ghal dan il-kuncert. Zgur li ha jkompli ikabbar l’ispettaklu fit-Talent Zaghzugh 2014, Edizzjoni Specjali tal-Milied, li ser issir nhar is-Sibt 20 ta’ Dicembru, gewwa it-Teatru tal-Oratorju fin-Naxxar fis-19:30. Dhul ghal dan il-kuncert huwa b’xejn u kulhadd huwa mistieden.
Il-kuncert qed jitella’ mill-Kummissjoni Banda u mill-iSkola tal-Muzika George Vella fi hdan Ghaqda Muzikali Marija Bambina, Banda Vittorja u il-Banda Zghazagh ser tkun taht id-direzzjoni tal-Assistent Direttur tal-banda Christine Dimech.
Il-Kuncert qed jitellgha bl-ghajnujna tal-Agenzija Zghazagh, Nexos lighting, A-sound u Neomax Studios.