Mro. Daniel Vella

dn37

Daniel twieled fit-18 ta’ Ottubru tal-1985 u beda jitgħallem il-mużika ta sitt snin ġewwa is-Soċjeta Mużikali Vittorja tan-Naxxar taħt it tmexxija tas- Sur Edwin Pace. Fil-festa tal-1994 hu ħareġ idoqq għal-ewwel darba ma l-istess soċjeta. Daniel kompla jistudja it-trumbetta fl-iskola tal-mużika “Johann Strauss” taħt Mro. Joe Agius u wara taħt Mro. Ray Cremona. Fl’ 1998 beda jistudja it-teorija mużikali ma Mro. Lawrence Borg fejn ġab il grad 6 mil London College of Music, kif ukoll kompla jistudja il-prattika taħt Mro. Paul Borg.

Fl’ 2001 hu ġie fit- tieni post fil- “Young Musician’s Competition” fis-sezzjoni ta muzicisti prominenti tal-brass organizata mis- “Society of Arts Manufactures and Commerce”. Daniel attenda għall diversi master classes mogħtija min Professuri baranin fosthom Ian S. Davies, Prof. David Strange u professuri mil Konservatarju ta Vienna u dak Germaniż. Bejn l’ 2004-2005 kien ukoll is- 2nd trumpeter fin- “National Youth Orchestra” taħt it tmexxija ta Mro. Laus u fl 2004 u 2007 ġie “shortlisted” biex jagħmel parti mill – “European Youth Orchestra”. Fl-2007 Daniel ġab id-diploma ATCL recital fuq it- trumpet.

Ta’ 16- il sena, hu beda jdoqq mal Orchestra Nazzjonali fuq bażi “part time” u regolarment bħala 3rd u 4th Trumpet mil-2012 mal- Malta Philarmonic Orchestra fejn daqq f’diversi kunċerti taħt id-direzzjoni ta wħud mil-aqwa surmastrijiet maltin u barranin fosthom Mro. Brian Schembri, Mro. Michael Laus u Mro. Wayne Marshall.

Daniel daqq ukoll bħala “understudy musician” f’diversi musicals fosthom il broadway show “Chicago” u “Sussical”, kif ukoll f’diversi pantomimi li jsiru anwalent fit- Teatru Manoel.

Daniel kien ukoll il-principal trumpet u brass leader fil-produzzjoni ta Broadway Show “Fiddler on the Roof” li saret gewwa Malta fl’ 2014. Fl’istess sena, Daniel attenda għal masterclass sessions ġewwa l’Italja mal Kurunettista ta fama mondjali Reinhold Friedrich kif ukoll ma lecturer Daniż Kristian Steenstrup.

“Foot Stomb” kien wieħed mil-albums li Daniel daqq mal band legendarja maltija, “The Riffs”. Hu daqq ukoll fl’album launch bl’isem ta “Romantik Politik” tal grupp “No Snow No Alps”.

Daniel huwa wieħed mil membri ta waħda mill-aqwa big bands maltin, il Big Band Brothers. Magħhom hu daqq f’diversi festivals kemm maltin kif ukoll internazzjonali fosthom wiehed mil-akbar festivals Afrikani bl’isem ta “Carthage Festival” fl 2013. Fl’ 2015 Daniel kien parti mil-kontinġent tal-Big Band Brothers fejn daqqew fl’għeluq taċ-ċelebrazzjonijiet annwali tal European Central Bank ġewwa Frankfurt, fejn ġej imfaħħra għal-eżekuzzjoni imbekkabli li t’haw min ġurnali Ġermaniżi. Mal Big Band Brothers huwa ukoll kien wieħed mil-protagonisti f’ diversi kunċerti fosthom il-kunċerti ‘A One Night Stand’ u ‘ Kelma Kelma Nota Nota’, kif ukoll fl’album tagħhom “Ftakar”.

Daniel jagħlem il- sezzjoni tar-ramm u perkussjoni fl’iskola tal-mużika “George Vella” tal- Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja Naxxar, u fl’iskola tal-mużika tat- “12th May Band & Social Club”, Ħaż-Żebbuġ, kien ukoll għalliem fl’iskola tal-mużika “Carmelo Doneo” tas-Soċjeta Mużikali San Gużepp tal-Ħamrun . Hu ukoll kompożitur ta’ diversi marċi brijuzi u dawk funebri għal baed kif ukoll arrangatur ta’ diversi biċċiet mużikali għal l-istess baned. Fil- 17 ta’ Ottubru 2016 Daniel sar is-Surmast Direttur u ghalliem tal-istrumenti tar-Ramm mal Ghaqda Muzikali San Leonardo, ta’ Hal Kirkop

F’dawn l-aħħar snin, Daniel beda jippratika id-direzzjoni, taħt it-tmexxija ta Mro. Hermann Farrugia Frantz. Hu idderiġa f’diversi lokalitajiet ġewwa Malta kif ukoll ġewwa l’Italja fejn mexxa il-Banda Vittorja f’żewġ okkażjonijiet fl’aħaħr safra li kellha ġewwa Ruma fl’2015. Hu ukoll mexxa lill-Banda 12th May f’xi festi li saru barra minn Ħaż-Żebbuġ kif ukoll waqt il-program tal-allievi. Matul din l-aħħar sena Daniel, idderiġa il-banda tal Ghaqda Muzikali San Leonardu ġewwa Mascali fi Sqallija fejn forst l-oħrajn tellgħa programm mużikali ġewwa il-Katedral ta’ Mascali, bil-parteċipazzjoni tas-sassafonista internazzjonali Antonino Mollica fost solisti renomati ohrajn. Fi Frar li għadda, Daniel kien parti min kontinġent mil- Ghaqda Kazini tal-Banda fejn waqt proġett tal Erasmus+ idderiġa orkestra iffurmata min studenti Spanjoli, Serbi u kif ukoll Maltin ġewwa Madrid.

Aparti l-mużika, Daniel jieħu interess qawwi fl’għaqdiet mużikali u bħalissa qed isservi il-kariga ta’ P.R.O. fl’ Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja tan- Naxxar kif ukoll jamministra is-sit u siti soċjali tal-istess għaqda.

Daniel huwa Software Developing Tester ma software house renomata maltija u mizzeweg lill Nancy Portelli Vella.