Mużarti – ċentru għal kultura, mużika u arti

F’dawn l-aħħar xhur, is-soċjetà kienet qed taħdem fuq kunċett ġdid bl-isem ta’ Mużarti li ser iwassalha biex tkompli issaħħaħ il-legat tagħha fil-kamp kulturali u artistiku.

Wieħed mill-għanjiet tal-proġett maġġuri u infrastrutturali li s-soċjetà għaddiet u għada għaddejja minnu bħalissa, huwa li jiġi implimentat ċentru artistiku u kulturali ġewwa s-sede tas-soċjetà. Ser inkunu qed niftħu l-bibien tas-swali tagħna għall-artisti u mużiċisti, kemm ġodda kif ukoll dawk rinomati, sabiex jużaw l-ispazji tas-soċjetà biex jesponu x-xogħol u t-talenti tagħhom b’diversi wirjiet u esebizzjonijiet li jiġu mtella’ matul is-sena.

Il-bidu u l-ħidma fuq dan il-kunċett seta’ jkun possibli biss, grazzi għal fond “Ngħinu finanzjarjament lil każini tal-banda” maħruġ mill- Kunsill Malti għall-Arti u l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top