Mużiċist Naxxari fit-tielet post fl-Għanja tal-poplu

Waqt li l-banda tagħna kienet qed teżgwixxi il-Kunċert Sinfoniku tagħha, ġewwa Pjazza Teatru Irjali kien għaddej il-konkors l-Għanja tal-Poplu. Id-duo Xarulu’ ġew fit-tielet post overall kif ukoll ġew l-ewwel bħala best recording. Luke Agius, magħruf bħala l-Lulu huwa wieħed min dan id-duo rebbieħ.

Lulu, li wkoll daqq diversi drabi mal-banda tagħna mhux biss huwa mużiċist mill-aqwa imma ukoll għalim ħabbrieki tal-mużika, u filfatt ser ikun wieħed mill-għalliema fil-proġett konġunt li l-għaqda tagħna ser tgħamel ma 7 soċjetajiet oħra bejn l-20 u l-24 ta’ Settembru li ġej, fl-International Wind & Percussion Festival, li huwa parti mill-proġett mil-Aġenzija Żgħażagħ u l-għaqda każini tal-banda.

Il-Kumitat u is-sotto kumitati jifirħu lill-dan il-mużiċist Naxxari, li kompla ikabbar n-numru ta’ Unuri li in-Naxxarin ġabru tul-iż-żmien.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top