Nar tal-Ajru għall-Festa 2023

Bħas-snin imgħoddija, id-dilettanti tan-nar fi ħdan is-soċjetà tagħna ħejjewlna programm ta’ nar tal-ajru vast għal-festa ta’ din is-sena.

Nhar il-Ħruġ minn Niċċa, ser ikunu qed jaħarqu murtaletti u bomba fit-8:00am u f’12:00pm, umbagħad kaxxa tal-ħruġ, murtali tal-beraq u kulur fis-7:30pm.

Nhar l-Ewwel Tridu, ser ikunu qed jaħarqu murtaletti u bomba fit-8:00am u f’12:00pm, umbagħad murtali tal-beraq u kulur kif ukoll kaxxa infernali fid-9:00pm.

Nhar l-Aħħar Tridu, ser ikunu qed jaħarqu murtaletti u bomba fit-8:00am u f’12:00pm, umbagħad filgħaxija fid-9:00pm għandna wirja spettakolari ta’ murtali tal-beraq u kulur, kif ukoll esebizzjoni finali b’diversi qsim, sfejjer, disinji u blalen.

Nirringrazzjaw minn qalbna lid-dilettanti tan-nar għax-xogħol u s-sagrifiċji li jagħmlu, u nitolbu lil Marija Bambina biex dejjem iżżomm idejha fuqhom. Grazzi wkoll lil Kamra tan-Nar 19 ta’ Marzu Rabat talli jospitawna fil-post tagħhom.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top