Nar tal-Ajru

Bħas-snin imgħoddija, id-dilettanti tan-nar fi ħdan is-soċjetà tagħna ħejjewlna programm ta’ nar tal-ajru vast għal-festa ta’ din is-sena.

Nhar il-Ħruġ minn Niċċa, ser ikunu qed jaħarqu murtaletti u bomba fit-8:00 a.m. u f’12:00 p.m., umbagħad kaxxa tal-ħruġ, murtali tal-beraq u kulur fis-7:30 p.m..

Nhar l-Aħħar Tridu, ser ikunu qed jaħarqu murtaletti u bomba fit-8:00 a.m. u f’12:00 p.m., umbagħad flagħxija fid-9:00 p.m. għandna wirja spettakolari ta’ murtali tal-beraq u kulur, kif ukoll esebizzjoni finali.

Nirringrazzjaw mill-qalb lid-dilettanti tan-nar għax-xogħol u s-sagrifiċji li jagħmlu, u nitolbu lil Marija Bambina biex dejjem iżżomm idejha fuqhom. Grazzi wkoll lil Kamra tan-Nar 19 ta’ Marzu Rabat talli jospitawna fil-post tagħhom.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top