Tradizzjoni antika tal-Għaqda kien propju dan il-Party tal-Milied għat-tfal li ta kull sena jiġbor fih numru sabiħ tat-tfal min kul rokna tan-Naxxar, u anke dawk li ma joqgħodux fir-raħal tan-Naxxar.
Din is-sena mhix eċċezzjoni hekk kif il-kumitat ser jorganizza dan il-party nhar it-Tnejn 28 ta’ Diċembru fis-sala “8 Ta’ Settembru” u li jibda fil-17:00. Ikun hemm xorb, ikel, divertiment għat-tfal kif ukoll ma jonqosx gugarell sabiħ bħala rigal.
Biljetti mil-bottegin tas-soċjeta’ , jew mil-Banka tal-lottu ta Vjal 21 ta’ Settembru, jew mingħand Marica Borg jew Domenique Azzopardi.
Dħul għal dan il-party huwa ta’ €7