Pizza Night Delivery mid-Dilettanti tan-Nar

Id-Dilettanti tan-Nar tas-soċjetà tagħna, nhar il-Ġimgħa 16 t’ Ottubru, ser jorganizzaw Pizza Night Delivery mill-Każin Vittorja. Minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti, ser inkunu qed noffru l-ikel bid-delivery jew inkella bħala take-away mill-każin stess. Għal donazzjoni ta’ €13 biss, apparti l-pizza ser jingħata wkoll soft drink u deżerta. Dakinhar ser ikollna wkoll offerta li ma’ 3 pizez, tingħata Pizza Margherita b’xejn.

Pizez ser ikollna:

  • BBQ Chicken
  • Capriciosa
  • Pepperoni
  • Margherita

Wieħed jista’ jagħmel l-order tiegħu, billi jagħmel kuntatt ma’ wieħed mid-dilettanti tan-nar jew inkella ma Johann Cortis fuq 99256338. Inħeġġukom tieħdu sehem f’din l-attività, sabiex ngħinu kif nistgħu lill-sħabna tan-nar jkomplu jkabbru l-festa ad unur Marija Bambina!

Poster – Karl Borg

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top