Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Frar, id-dilettanti tan-nar tagħna ser jorganizzaw Pizza Night b’risq ix-xogħol tagħhom. Hekk kif issa qed nibdew noqorbu lura għan-normalita, l-ikel ser ikun jista’ jittieħed fil-każin.
Għal donazzjoni ta’ €13 biss, apparti l-pizza ser jingħata wkoll soft drink u deżerta. Dakinhar ser ikollna wkoll offerta li ma’ 3 pizez, tingħata Pizza Margherita b’xejn.
Pizez ser ikollna:
- BBQ Chicken
- Capriciosa
- Pepperoni
- Margherita
- Tan-Nar Special
Wieħed jista’ jagħmel l-ordni tiegħu, billi jagħmel kuntatt ma’ wieħed mid-dilettanti tan-nar jew inkella ma’ Johann Cortis fuq 99256338.
