Praga 2002

Kien il-Ħamis, 4 ta’ April, 2002 meta taħt sema ikħal u sabiħ, ‘il bogħod minn xtutna, quddiem mijiet ta’ nies, inkitbet paġna ġdida fl-istorja tal-Banda Vittorja. Kien mument verament storiku u memorabbli, mument li żgur se jibqa’ mwaħħal f’moħħ dawk kollha li ħadu sehem meta l-banda Vittorja kellha l-opportunita’ li tmur iddoqq f’pajjiz barrani, dak tar-Repubblika Ċeka. Fi żmien relattivament qasir mit-twaqqif tagħha, is-Soċjeta’ qatgħet xewqa kbira, dik li ssiefer u tagħti servizz f’pajjiż barrani.

L-okkażjoni kienet il-promozzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni turistika mill-isbaħ għac-ċeki kollha li riedu jmorru vaganza f’post li jilqagħhom u li għandu ħafna x’joffri lil min iżuru. L-istedina ġiet m’għand il-G.T.S., l-aġenzija speċjalizzata ta’ l-ivjaggar għall-studenti u li twasslet permezz tal-Malta Tourism Authority. Huma riedu li joħolqu ambjent ta’ festa Maltija biex juru spettaklu kkulurit mill-kultura Maltija. M’hemmx għalfejn ngħidu, din l-istedina ntlaqgħet mill-ewwel mill-kumitat.

Biex intlaħaq l-iskop ta’ l-isponsors tas-Socjeta’ li tippromwovi lil Malta bħala destinazzjoni turistika, is -Socjeta’ stess żejnet l-lokal ħalli jinħoloq ambjent realistiku ta’ festa tradizzjonali Maltija. Imma l-qofol ta’ kollox intlaħaq meta nhar l-4 ta’ April, il-Banda Vittorja mxiet matul it-toroq ta’ Praga u għaddiet minn fuq “Charles Bridge” ddoqq marċi brijużi tradizzjonali Maltin. Dan is-servizz ġie apprezzat bil-kbir mill-mijiet ta’ turisti li dakinhar inzertaw preżenti. Kien mument ta’ glorja għas-Soċjeta’, mument li ħa jitniżżel b’ittri tad-deheb fl-istorja ta’ l-Għaqda Mużikali Vittorja bħala l-ewwel dehra tagħha f’art barranija.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s