Proġett ieħor jieħu finanzjament artistiku

Il-proġett bl’isem ta’ “Gathering Youths through Arts” kien wieħed minn tlett proġetti magħżula minn fost tnejn u għoxrin applikant, biex jibenefika minn fond tal-Kommunitajiet Kreativi. Dan il-proġett għandu l-ħsieb li jlaqgħa tfal u żgħażagħ li mhux is-soltu jkunu jifrekentaw lis-soċjeta’ bis-saħħa ta forom ta arti differenti, fosthom, kant, tpinġija u arti teatrali apparti il-mużika. B’dan il-proġett is-soċjeta’ qed timmira biex tressaq aktar żgħażagħ lejn is-soċjetajiet u għaqdiet mużikali li forsi għalkemm ma jdoqqux xorta jkunu jistgħu issibu kenn u sostenn fl’għaqdiet tagħna. Aktar dettalji ser jingħataw il-quddiem.

Li nistgħu ngħidu sa issa biex tfal u żgħażagħ li jkantaw, iħobbu tpenġija u li forsi ukoll tinteresshom l’arti teatrali, biex iżommu għajnejhom fuq dan is-sit għal aktar dettalji.

Dan il-fond flimkien ma dak merbuħ mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Għaqda Każini tal-Banda fil-bidu tas-sena żgur ħa jkunu ta għajnuna kbira biex is-soċjeta tagħna kun minn ta quddiem biex toffri servizzi aħjar fil-qasam artistiku u kulturali ta pajjiżna.

CC & ACM Mlt.jpg

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top