Il-bieraħ kienet serata oħra indimentikabbli hekk kif il-banda imexxiha mis-Surmast Direttur Roderick Bugeja eżegwit program eċċellenti u ta’ impenn kbir. Dan kien milqugħ b’ċapċip kontinwu mill-udjenza ferm numeruża li ħonqot il-pjazzetta ta wara il-kappella ta’ Santa Luċija. Fost oħrajn ta min isemmhi lill-Kristen Borg ta l-eżekuzzjoni impekkabli fuq it-timpani, kif ukoll li nofs il-mużiċisti tal-banda kienu kollha frott is-soċjeta’ u l-iskola tal-mużika tagħna. Ta min isehmmi ukoll li waqt dan il-program il-Presidnet tal-Għaqda għamel diskors eċċelenti fuq l-importanza tal-għaqda bejn l-għaqdiet naxxarin u l-partitarji tagħna biex b’hekk niċċelebraw festa mill-isbaħ. Ma naqsux diversi għotjiet lis-soċjeta’ minn diversi kunsilliera, membri parlamentari kif ukoll nies distinti. Waqt dan il-program ġew ukoll irregalati żewġ puttini mill-isbaħ li ser ikomplu iseebbħu l-istatwa ta Marija Bambina li tintuża waqt id-demostrazzjoni ta nhar lejliet il-festa. Dawn il-puttini ġew iregalati minn Bruce Cortis u Jason Farrugia li dan tal-aħħar indurom ukoll.
Il-Program kien ipprezentat mill prezentatur Daniel Vella
Hawn taħt tistgħu isegwu ukoll siltiet minn dan il-program li ixxandar live fuq il-paġna ta Facebook.
https://www.facebook.com/bandavittorja/videos/375775556293355/
https://www.facebook.com/bandavittorja/videos/2088949181149455/
https://www.facebook.com/bandavittorja/videos/297185904405621/
https://www.facebook.com/bandavittorja/videos/1648920625236050/
https://www.facebook.com/bandavittorja/videos/232407427439941/
https://www.facebook.com/bandavittorja/videos/934162666772567/
https://www.facebook.com/bandavittorja/videos/1966959539993584/
https://www.facebook.com/bandavittorja/videos/1828781133903734/
https://www.facebook.com/bandavittorja/videos/2329965710363644/
https://www.facebook.com/bandavittorja/videos/483786898789774/
https://www.facebook.com/bandavittorja/videos/299519374162226/
https://www.facebook.com/bandavittorja/videos/230320390978757/
https://www.facebook.com/bandavittorja/videos/271360733697841/