Program uffiċċjali tal- Attivitajiet għal- Festa 2014

Dan huwa il-program uffiċċjali tal-Attivitajiet tal- Festa 2014

 Is-Sibt 23 ta’ Awwissu

8.30pm Pre-Party fil-Każin. Nagħtu bidu għall-festa f ’atmosfera brijuża.

L-Erbgħa 27 ta’ Awwissu
8.15pm Se tittella’ l-Cantata “Bi Twelidek Rebbaħtna” fil-Knisja Arċipretali tan-Naxxar.
Kulħadd huwa mistieden.

Is-Sibt 30 ta’ Awwissu
BBQ kbir fil-bitħa tal-Oratorju.
Mistiedna Tonio Vella (il-Majsi), kif ukoll Chrisander u Daniel (DanuSan)

It-Tlieta 2 ta’ Settembru
8.15pm Trattament fis-Swali tal-Każin għall-membri. Isiru preżentazzjonijiet ta’ għotjiet lis-Soċjetà.

L-Erbgħa 3 ta’ Settembru
5.00pm Party tal-Festa tat-tfal. Ikun hemm ikel, divertiment, daqq ta’ marċi u jingħata rigal tal-okkażjoni.

Il-Ħamis 4 ta’ Settembru
8.30pm Il-Banda Vittorja ddoqq marċi brijużi minn Triq Santa Luċija, Fran, Vjal il-21 ta’ Settembru, Triq l-Għenieq, madwar il-Bini tal-Gvern u s-Sgħajtar, 21 ta’ Settembru, l-Ifran, Sta. Luċija u l-Pjazza.

Is-Sibt 6 ta’ Settembru
8.30pm Il-Banda Vittorja ddoqq il-marċ il-kbir tradizzjonali tagħha fost il-briju spettakolari tal-partitarji matul it-Toroq San Ġwann u Sta. Luċija fejn imbagħad jispiċċa fil-Pjazza.

Il-Ħadd 7 ta’ Settembru
7.30pm Il-Banda Vittorja ddoqq marċi brijużi matul it-Toroq Ġużeppi Stivala, Sejjieħ, Leli Falzon, San Ġorġ, Kbira u Pjazza Vittorja. Wara dawn, il-banda, akkumpanjata mill-istatwa artistika ta’ Marija
Bambina, tkompli ddoqq fit-Toroq Labour, 21 ta’ Settembru, Żenqa u Santa Luċija fejn nispiċċaw quddiem il-każin bl-Ave Maria, kantata mill-brava kantanta Alexia Agius.

It-Tnejn 8 ta’ Settembru
11.00am Nhar il-festa filgħodu, il-Banda Vittorja tallegra lill-folla li takkumpanjaha matul it-toroq Santa Luċija, Fran, 21 ta’ Settembru, Labour, Ġdida, Salib, Mdina, Kbira u Pjazza. Jispiċċa wara li jitgawda
l-aqwa tal-briju mill-partitarji entużjasti tagħna ħdejn il-Każin. 

Filgħaxija tindaqq fanfarra mill-gallarija tal-każin mal-wasla tal- Istatwa Titulari quddiem il-Każin.

Il-Banda tkun dejjem taħt id-direzzjoni
tas-Surmast Direttur, Mro. Roderick Bugeja F.L.C.M.

N. B. Lejlet u nhar il-festa, is-swali tal-Każin ikunu miftuħin għall-wiri.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top