Programm Festi Ċentinarji 2016

Dan huwa il-programm tal-attiviatjiet kollha li ser issiru għal Festa 2016, Festa Ċentinarja

 

Il-Ġimgħa 26 ta’ Awwissu

Akkademja Mużikali

7.30pm .Il-Banda Vittorja tesegwi akakademja mużikali fil-knisja arċipretali u arċimatriċi tan-Naxxar taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur Mro. Roderick Buġeja.
Aktar informazzjoni min hawn.

Is-Sibt 27 ta’ Awwissu

BBQ tal-Festa

8.00pm Il-B.B.Q. tradizzjonali tal-festa fl-oratorju tal-parroċċa bis-sehem ta’ diversi kantanti u trattament ieħor.
Aktar informazzjoni min hawn.

Il-Ħadd 28 ta’ Awwissu 2016

Quddiesa, Riċeviment tal-Festa u Open Day. Festa Warm-Up

9.30am Quddiesa ta’ Ringrazzjament fis-sede tas-soċjeta tal-mitt sena anniversarju ċċelebrata mill-W.R. Arċipriet Fr. David Gauci. Wara jsiru preżentazzjonijiet kif ukoll riċeviment għall membri u dawk preżenti.

Matul il-ġurnata, il-lokal tas-soċjeta’ ser jinżamm miftuħ fejn wieħed jista jżur l-arkivji storiċi u japprezza x-xogħol li sar fil-koppla.
Aktar informazzjoni min hawn.

Filgħaxija, wara ħruġ min niċċa il-Kummissjoni Żgħażagħ ser torganizza Festa Warm-Up fil-bottegin tas-Soċjeta.
Aktar informazzjoni min hawn.

Il-Tnejn 29 ta’ Awwissu 2016

Tislima lis-Soċi

5.00pm Il-membri tal-kumitat ċentrali jassistu għall-quddiesa fil-kappella taċ-ċimiterju tan-Naxxar. Wara jitpoġġew kuruni bħala turija ta’ rispett u biex nonoraw il-memorja tal-membri li m’għandhomx magħna bid-daqq ta’ fanfarra.
Aktar informazzjoni min hawn.

L-Erbgħa 31 ta’ Awwissu 2016

Quddiesa tan-Novena

6.30pm Membri mill-kumitat u mill-kummissjonijiet jattendu għall-quddiesa tan-novena għall-għaqdiet Naxxarin li huma nvoluti fil-festa.

Filgħaxija tintrama l-faċċata artistika ‘Ġawhra fi Qlubna’

Il-Ħamis 1 ta’ Settembru 2016

Festa Tfal

5.30pm Fr. James Saydon ibierek lit-tfal preżenti quddiem il-kappella ta’ Santa Luċija fejn wara jimxu proċessjonalment lejn is-sede tas-soċjeta’ akkumpanjati mill-banda Vittorja bis-sehem tal-bandisti u allievi. Wara ssir ċeremonja ċkejkna fejn isir l-kant tal-‘Ave Maria’ mir-rebbieħa tal-konkors Century Voices.

6.45pm Il-party tal-festa għat-tfal b’ħafna tratteniment u rigal.

Aktar informazzjoni min hawn.

Il-Ġimgħa 2 ta’ Settembru 2016

Kunċert Mużikali u Ċeremonja Kommemorattiva

8.15pm: Kunċert Vokali u Strumentali alternat ma’ feature kommemorattiv li jillustra siltiet mill-istorja ċentinarja tas-soċjeta’ fi triq Santa Luċija taħt il-patronċinju tal- E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, president tar-repubblika ta’ Malta. Waram il-president ta’ Malta tinawgura bandalora kommemorattiva, il-pubblikazzjoni ‘Mitt Sena ta’ Storja’ u l-irħama ċentinarja. Wara jsir trattament quddiem il-każin għal dawk preżenti.

Aktar informazzjoni min hawn.

Is-Sibt 3 ta’ Settembru 2016

Il-Prima Messa ta’ Fr. James Saydon

5.15pm Il-Banda Vittorja flimkien mal-Banda Peace takkumpanja lill-Fr. James Saydon f’korteo minn Vjal il-21ta’ Settembru, li jkompli fi triq San Ġwann u jiprrosegwi għal Triq Santa Luċija fejn jintemm f’ Misraħ ir-Rebħa bid- daqq ta’ l-Innu Pontifiċju.

Il-Ħadd 4 ta’ Settembru 2016

L-Ewwel Tridu

9.30am Quddiesa tal-festa fil-knisja parrokjali għaż-żgħażagħ

8.30pm Il-Banda Vittorja ddoqq marċi brijużi minn Triq Santa Luċija, Fran, Vjal il-21 ta’ Settembru, Triq l-Għenieq, madwar il-Bini tal-Gvern u s-Sgħajtar, 21 ta’ Settembru, l-Ifran, Sta. Luċija u jintemm f’Misraħ ir-Rebħa.Fil-pjazza ser ikun hemm sorpriża mill-Kummissjoni Żgħażagħ. Wara jinħaraq in-nar tal-Art fil-pjazza mid-dilettanti tan-nar tal-għaqda.

Aktar informazzjoni min hawn.

It-Tlieta 6 ta’ Settembru 2016

L-Aħħar Tridu

8.30pm Il-Banda Vittorja ddoqq il-marċ il-kbir tradizzjonali tagħha fost il-briju spettakolari tal-partitarji matul it-Toroq San Ġwann u Sta. Luċija fejn imbagħad jiil-marċ jilħaq il-qofol tiegħu f’Misraħ ir-Rebħa fost il-ferħ u l-briju spettakolari tal-partitarji fejn jintemm b’feature qsajjar li jitratta l-istorja tas-Soċjeta’ Wara tinħaraq ħarqa spettakolari ta nar tal-art mid-dilettanti tan-nar tal- għaqda.

Aktar informazzjoni min hawn.

L-Erbgħa 7 ta’ Settembru 2016

Marċ u demostrazzjoni bix-xbieha tal-Bambina lejliet il-Festa

7.30pm Il-Banda Vittorja ddoqq marċi brijużi matul it-Toroq Ġużeppi Stivala, Sejjieħ, Leli Falzon, San Ġorġ, Kbira u Misraħ Vittorja. Wara dawn, il-banda, akkumpanjata mill-istatwa artistika ta’ Marija Bambina, tkompli ddoqq f’demostrazzjoni fit-Toroq Labour, 21 ta’ Settembru, Żenqa u Santa Luċija fejn nispiċċaw quddiem il-każin bl-Ave Maria, kantata mill-brava kantanta Alexia Agius.

L-Ħamis 8 ta’ Settembru 2016

Nhar il-Festa

11.00am Il-Banda Vittorja tallegra lill-folla li takkumpanjaha matul it-toroq Santa Luċija, Fran, 21 ta’ Settembru, Labour, Ġdida, Salib, Mdina, Kbira u f’Misraħ ir-Rebħa. Jispiċċa wara li jitgawda l-aqwa tal-briju mill-partitarji entużjasti tagħna ħdejn il-Każin.

Filgħaxija tindaqq fanfarra mill-gallarija tal-każin mal-wasla tal- Istatwa Titulari quddiem il-Każin.

Il-Banda tkun dejjem taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur, Mro. Roderick Bugeja F.L.C.M.
N. B. Lejlet u nhar il-festa, is-swali tal-Każin ikunu miftuħin għall-wiri

Tista issegwi il-programm tan-nar li ser itellgħu sħabna id-dilettanti tan-nar min hawn.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top