Il-President tas-soċjetà l-Onor. Dr. Michael Farrugia u l-membri tal-Kumitat Ċentrali, jifirħu lill-kumitat, lill-istaff tekniku u lill-plejers kollha tat-tim tal-futbol tar-raħal tagħna Naxxar Lions F.C., għall-istaġun brillanti u indimentikabbli li għadu kemm ġie fi tmiemu, fejn minkejja d-diffikultajiet kollha li kellu jgħaddi minnhom, it-tim Naxxari rnexxielu jispiċċa fir-raba’ post tal-Ewwel Diviżjoni tal-futbol Malti wara li illum rebħu b’riżultat konvinċenti ta 5-0 kontra it-tim tal-Marsa. Ta’ min insemmu li wieħed mill-gowls skurjat illum kien mill-membru tal-kumitat, PRO tas-socjetà u bandist, Ayrton Azzopardi.
F’dan il-mument, nixtiequ nifirħu b’mod speċjali lill-plejers flimkien mal-istaff tekniku tat-tim, fejn minkejja li fil-bidu tal-istaġun deher li ġej kollox kontra, logħba wara logħba niżlu fil-grawnd u taw wirja qalbiena fejn bit-talenti u l-kapaċitajiet tagħhom ferrħu mhux darba u tnejn lilna n-Naxxarin.
Finalment, nixtiequ nifirħu wkoll lill-akkademja tat-tim Naxxari, Naxxar Lions Youth Nursery, għal dan it-tragward sabiħ ħafna. Ta’ min isemmi li dan l-istaġun il-maġġoranza tal-iskwadra kienet magħmula minn plejers Naxxarin li proprju bdew u trawmu mill-istess akkademja.
