Qalb Kbira ghal Qalb Tajba!

Illum ir-rahal Naxxari reggha wera qalb kbira ma uliedu fejn l-entitajiet socjali inghaqdu ghal ghan wiehed, dik li jghin il-familja ta Nigel Spiteri li bhalissa qieghed l-Ingilterra jistenna donatur tal-qalb biex tkun tista jsir it-trampjant li hu ghandhu bzonn urgenti. 

Is-Socjeta taghna ma setatx tonqos milli tkun parti min dan l’ att nobli specjalment meta it-tfajjel jaghmel parti shiha mis-socjeta. Nigel li jdoqq mal-banda taghna sa mis-sena l-ohra, ilu l-fuq minn 4 snin jattendi l-iSkola tal-Muzika George Vella. 

Is-socjeta, ghaldaqstant laqghet is-sejha tal club tan- Naxxar Lions u ghamlet ghad ta Attivitajiet biex jingabru id-donazzjonijiet ghal din l-familja. 

B’ferh kbir u ringrazzjament ghal-generozita tal-partitarji tas-socjeta, is-somma migbura mil-attivitajiet u donazzjonijiet ohra, lahqet l- € 2135.

Il-President flimkien mal- Kumitat, kummissjonijiet u l-iSkola tal-Muzika George Vella, jixtiequ jirringrazjaw lill kull minn ghen biex ilhaqna din is-somma hekk sabiha. 

J’ Alla dawn il-flus jghinu lill-familja tan-Nigel biex ma jdumux ma jigu lura maghna! 

Nigel #inNaxxarKollhuWarajk !

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top