Għal darboħra qegħed tiġi organizzata quddiesa ġewwa il-Knisja Arċipretali tagħna għal partitarji u żagħżagħ tan-Naxxar. Din ser tkun nhar il-Ħadd fit-8:30am. Inħeġġu liż-żagħżagħ kollha Naxxarin jattendu biex b’hekk nibdew il-Festa b’mod dinjituż u li nagħtu ġieħ lil Ommna Marija Bambina.
Għal din il-quddiesa il-Kappilan u l-Kleru Naxxari Jixtieq u Jħeġġeġ liż-żagħżagħ jiġu bil-Gearijiet u Flokkijiet tas-soċjeta’ imma mhux bil-flok tal-brijju. Jekk m’għandkhomx la wieħed u laqas l’ieħor ejjew b’flokk bil-kulur tas-soċjeta’. Ejjew biex flimkien bħala Naxxarin nuru l’għaqda li hem bejnietna anke jekk aħna partitarji ta’ għaqdiet differenti.