Riċeviment u presentazzjonijiet – Festa 2018

Il-bieraħ l-iswali tas-soċjeta’ kienu mimliha bis-soċi tas-soċjeta’ hekk kif sar ir-riċeviment annwali tal-festa. Is-segretarju tas-soċjeta’ Mark Mangani mexxa l-presentazzjonijiet kif ukoll għamel diskors ta merħba lill-dawk preżenti fejn fost l-oħrajn saret minuta silenzju bħala rikonoxximent tal-ħidma li għamlu is-Sur Nenu Mula u is-Sur Charlie Vella li ħalewjna matul din is-sena. Wara il-president, l-Ono. Ministru, Dr. Michael Farrugia għamel diskors għal dawk preżenti fejn irringrazzja lill kull min ta is-sehem tiegħu b’xi mod jw ieħor biex ta kull sena inkunu nistgħu ngawdu festa oħra filwaqt li reġgħa appella għal għaqda bejn is-soċjetajiet fi sfond ta festa nazzjonali li kburin li aħna niċċelebraw. Waqt il-presentazzjonijiet, inkixfejt in-niċċa il-ġdida ġġewwa is-Sala 8 ta’ Settembru fejn fiha ser tkun qed titgawda l-istatwa il-ġdida, magħrufa bħala il-bambina iż-żgħira, xogħol ta’ artitsrija kbira minn diversi nies u benefatturi Naxxarin. Ġie ukoll ippreżentat id-disinn ta waħda mill-pitturi li ser titwaħal fil-koppla artitisika li is-soċjeta’ qegħda tgħamel biex tikumplimenta ir-rikezza tal-arti mal-intratta mill-isbaħ li hija mogħnija bihom is-sede tagħna.

40921023_2230927173603233_2867355888052600832_n.jpg
Ritratt: Christian Bianchi

Ara ukoll il-live stream li sar matul din l-attivita’ minn fuq il-paġna ta’ Facebook tas-soċjeta’

https://www.facebook.com/bandavittorja/videos/2120526351315401/

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top