Hekk kif instemmgħu it-tokki ħienja tat-8.00 ta’ filgħodu sħabbna id-dilettanti tan-nar t’haw il-bidu ta’ jum il-ħruġ min-niċċa biex b’hekk jingħata bidu għal festa 2016.
Dan il-jum iwassalna biex 11-il jum ieħor l-istess vara artistika, iddur madwar ir-raħal tagħna f’jum ir-rebħa, f’jum il-Vittorja, f’jum Marija Bambina. Kien xieraq għalhekk li fi ftit ħin ieħor, propju fid-9.30am, fis-Sala ‘8 ta’ Settembru’ issir quddies. Segwu aktar fuq il-paġna ta’ Facebook. Infakkru biex ilejla għal ħabta tas-7:30pm ninġabru quddiem il-knisja, biex nilqagħu bi ħġarna lill Ommna Sidna Marija Bambina.