Sebaħ jum it-28 ta’ Awwissu, il-jum li fih jibdew uffiċjalment iċ-ċelebrazzjonijiet għal-festa 2015. Mat-tokki tal-qniepen ferieħa tat-8:00 ta’ filgħodu, id-dilettanti tan-nar tal-Għaqda tgħaw bidu lill-din il-ġurnata hekk sabiħa.
Infakkru li illum fis-6.30pm tibda quddiesa mill-Arċipriet Dun David Gauci fejn wara l-Evanġelu ser iwassal messaġġ dwar il-festa li nkunu ser niċċelebraw. Wara, għal ħabta tas-7:45pm issir il-ħruġ tal-istatwa fil-bieb prinċipali tal-knisja. Inħeġġu lill-kulħadd jattendi!
F’Jum il-ħruġ 2015
Kemm ilu dal-jum mistenni
Il-jum tat-tmienja w għoxrin
Il-Jum għażiż li fih noħorġu
Lil għaxqa tan-Naxxarin
Kemm stinkajna tul is-sena
Għaliex Lilek inħobbuk
Biex fil-festa għażiża tiegħek
Ikollna biex infaħħruk
Il-Banda b’noti isellimlek
Bl-isparar jilqgħuk tan-nar
Iż-żgħażagħ jagħmlu l-briju
U jżejjnulek tal-armar
It-Tifkira tal-kbir assedju
Beqgħet ħajja tul is-snin
Meta b’grazzja f’jum twelidek
Konna ħriġna rebbiħin
Ejja lkoll flimkien ninġabru
Sabiex nilqgżu lis-sultana
Li ismha dejjem issebbaħ
Lil għażiża għaqda tagħna
Ħalli umbad fil-jum tar-rebħa
L-Jum l’ aħna niċċelebraw
Nistennew ilkoll bil-ħerqa
Biex Lilha ħdejna naraw!
Mark Mangani