Sebaħ jum l-ewwel jum ta’ Settembru. Xahar tant għażiż għalina il-Maltin speċjalment għalina in-Naxxarin. Xahar li fih iwassalna għal l-aktar ġimgħa importanti għar raħal għażiż tagħna li jilħaq il-quċċata propju bħal illum ġimgħa, f’jum il-Vitorja jum Maria Bambina, il-jum li għalih is-soċjetà tagħna imsemmija għalih.
Illum l-arja fin-Naxxar tkun arja ta festa, arja li tferraħ, arja ta ċelebrazzjoni, u il-bogħod mil-piki, ikun arja ta għaqda.
Għaldaqstant propju f’dan l-ewwel jum ta’ Settembru, il-kumitat flimkien mal-kummissjonijiet fi ħdanu, jixtiequ iwasslu messaġġ ta’ għaqda, ferħ u ċelebrazzjonijiet Lill kull min għandu għal qalbu din il-festa għażiża, u jitlob Lill ommna Marija, tħarisna biex inkunu ta’ eżempju b’għemilna u tħarisna ukoll min kull saram.
Għalhekk propju b’dan il-ħsieb nixtiequ naqsmu magħkom l-innu uffiċjali tal-Festa Naxxarija, l-Innu Poplari Marija Bambina ta’ Mro. Christopher Muscat bil-kliem tal-mibki Dun Victor Xuereb li ħallina ftit tal-jiem ilu li ġie irrekordjat sentejn ilu mill-banda tagħna.
Infakkru li illum huwa jum il-Festa Tfal