Is-Seduta Ġenerali sejra ssir nhar il-Ħadd, 12 ta’ Marz, 2017 fl-10.00 am. Jekk ma jkunx hemm qurom, is-seduta tibda kwarta wara, bil-membri preżenti.
AĠENDA
Diskors mill-President
Qari ta’ Minuti
Rapport Amministrattiv u diskussjoni
Rapport Finanzjarju u diskussjoni
Ħatra tal-Membri tal-Kumitat
Mozzjonijiet
Għeluq mill-President
Infakkru li n-nominazzjonijiet għall-kariġi u membri għall-Kumitat 2017-2019 jibqgħu jiġu milqugħa sa nhar il-Ħadd, 5 ta’ Marzu 2017. Billi fis-seduta jingħataw informazzjonijiet importanti u jittieħdu deċiżjonijiet li jorbtu lis-Soċjeta’ għall-futur, kull membru għandu jkun żgur li ma jonqosx.
Il-Ħlas tas-sħubija għas-sena 2017 għadu għaddej. Dan huwa ta €8 fis-sena. Inħeġġu lil min waqa’ lura biex jirregolarizza ruħu/
F’każ ta’ bżonn ta’ elezzjoni għall-ħatra ta’ membri u karigi fil-kumitat fis-seduta ġenerali, ikollhom dritt jivvutaw BISS dawk il-membri li jkunu regolari fil-ħlas tal-menswalita’.