Seduta Ġenerali 2023

Is-Seduta Ġenerali ta’ din is-sena, ser issir nhar it-Tnejn 17 t’ April fis-6.30 p.m. fis-Sala 8 ta’ Settembru.

Aġenda

Diskors mill-President
Qari ta’ Minuti
Rapport Amministrattiv
Rapport Finanzjarju
Ħatra tal-Kumitat 2023-2025
Mozzjonijiet u Diskussjoni
Għeluq mill-President

Applikazzjonijiet għan-nominazzjonijiet għall-karigi fil-Kumitat Ċentrali jistgħu jidħlu sal-Ħamis 13 t’ April u jistgħu jitniżżlu minn hawn.

Mozzjonijiet għandhom jaslu b’email jew fil-kaxxa tal-posta tas-soċjetà sa mhux iżjed tard mill-Ħamis 13 t’ April, fejn dawn għandhom ikunu proponuti minn membru u sekondati minn membru ieħor.

Apparti dan kollu, fis-seduta jiġu diskussi wkoll proġetti li s-soċjetà għaddejha minnhom fosthom il-proġett maġġuri u infrastrutturali li għaddej bħalissa, fejn ikollna bżonn l-opinjoni u l-għajnuna ta’ kull membru.

Għalhekk, billi fis-seduta jingħataw informazzjonijiet importanti u jittieħdu deċiżjonijiet li jorbtu lis-soċjetà għall-futur, kull membru għandu jkun żgur li ma jonqosx!

Infakkru illi:

  • Membri proponuti jrid ikollhom il-miżata tas-sħubija tagħhom imħallsa regolari u jkun ilhom minn tal-inqas sena soċju effettiv.
  • F’kaz ta’ elezzjoni għal xi karigi fil-Kumitat Ċentrali waqt is-Seduta Ġenerali, ikollhom dritt jivvutaw BISS dawk il-membri li jkunu regolari fil-ħlas tal-menswalita.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top