Seduta Ġenerali 2024

Ilbieraħ filgħodu ġewwa s-sede tas-soċjetà, saret is-Seduta Ġenerali Annwali għal din is-sena, fejn ġie maħtur membru ġdid fil-Kumitat Ċentrali.

Kien hemm applikazzjoni ta’ nomina waħda, dik ta’ Jeremy Bellia, membru attiv fil-Kummissjoni Żgħażagħ, li issa ser ikun qed jifforma parti wkoll mill-Kumitat. Nawgurawlu għal dan l-irwol kif ukoll għal aktar ħidma fi ħdan is-soċjetà. Jeremy ser ikun qed jieħu post Olvin Attard, li minħabba raġunijiet personali għażel li ma jkompliex fil-Kumitat. Minn hawnekk nirringrazzjawh mill-qalb tax-xogħol li għamel fil-passat u tal-ħin twil ta’ ħidma volontarja ġewwa s-soċjetà tagħna.

Waqt l-istess seduta, ġew approvati żewġ mozzjonijiet biex isiru xi tibdiliet żgħar fl-istatut sabiex ikun aġġornat u jirrefletti eżatt l-iskop u l-ħidma tas-soċjetà tagħna.

Is-seduta bdiet bil-qari tal-minuti tas-seduta preċedenti, u kompliet bl-approvazzjoni tar-rapport amministrattiv u dak finanzjarju. Is-Segretarju ta spjegazzjoni ċara tal-qagħda finanzjarja tas-soċjetà kif ukoll enfasizza fuq il-bżonn u l-irwol tax-xogħol volontarju mill-membri. Hawnhekk infetħet diskussjoni bejn il-membri preżenti fejn ġew diskussi l-isfidi preżenti tal-każin, soluzzjonijiet ġodda kif ukoll il-viżjoni tas-soċjetà.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top