Seduta Ġenerali 2024

Is-Seduta Ġenerali ta’ din is-sena, ser issir nhar il-Ħadd 7 t’ April fid-9.30 a.m. fis-Sala 8 ta’ Settembru.

Aġenda

Diskors mill-President
Qari ta’ Minuti
Rapport Amministrattiv
Rapport Finanzjarju
Ħatra ta’ Membru fil-Kumitat
Mozzjonijiet u Diskussjoni
Għeluq mill-President

Applikazzjonijiet għan-nominazzjonijiet għall-kariga ta’ membru fil-Kumitat Ċentrali jibqgħu jiġu milqugħa sal-Ħamis 4 t’ April u jistgħu jitniżżlu minn hawn.

Mozzjonijiet għandhom jaslu b’email jew fil-kaxxa tal-posta tas-soċjetà sa mhux iżjed tard mill-Ħamis 4 t’ April, fejn dawn għandhom ikunu proponuti minn membru u sekondati minn membru ieħor.

Kull membru għandu żgur li ma jonqsox, hekk kif qed nersqu lejn it-tmiem tal-proġett maġġuri li kienet għaddejja minnu s-soqjetà u kif ukoll tingħata informazzjoni oħra importanti.

Infakkru illi:

  • Membri proponuti jrid ikollhom il-miżata tas-sħubija tagħhom imħallsa regolari u jkun ilhom minn tal-inqas sena soċju effettiv.
  • F’kaz ta’ elezzjoni għall-kariga ta’ membru fil-Kumitat Ċentrali waqt is-Seduta Ġenerali, ikollhom dritt jivvutaw BISS dawk il-membri li jkunu regolari fil-ħlas tal-menswalita.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2024

Ilbieraħ filgħodu ġewwa s-sede tas-soċjetà, saret is-Seduta Ġenerali Annwali għal din is-sena, fejn ġie maħtur membru ġdid fil-Kumitat

Aqra Iktar
Scroll to Top