Servizz tal-Banda ġewwa Ħal Qormi

Nhar il-Ħadd 15ta’ Lulju, il-banda ser idoqq, għat-tnax-il sena konsekutiva, fil-festa kbira ta’ San Sebastjan ġewwa il-Belt ta’ Ħal Qormi.

Din is-sena ser tkun festa speċjali propji għaliex is-Soċjeta Filarmonika Pinto qed tfakkar il-150 sena mit twaqqif tagħha. Min hawnhekk nifirħula u nawgurawla kull suċċess. Ad Multos Annos.

Dan is-servizz jikonsisiti min Marċ tul il-purċissjoni min ħdejn il- M.U.S.E.U.M. tas-subien sad-dħul grandjuż ġewwa l-knisja, u wara il-barka sagramentali b’daqq ta marċi fil-marċ magħruf aħjar bħala l-marċ tal-aħħar mil-knisja sal-każin.

Il-Banda tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Roderick Buġeja.

website tas- Soċjeta Filarmonika Pinto, Ħal Qormi

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top