Skola tal-Mużika “George Vella”

Imwaqqfa fl-2006 wara xewqa ta’ ħafna membri,b’mod speċjali ta’ l-ex segretarju, il-mibki George Vella, li kien ħalina ħabta u sabta dakinhar li kellha tinfetaħ propju il-ħolma tiegħu, dik li tinfetaħ skola tal-mużika ġewwa is-soċjeta tagħna.

Kienu ħafna li taw is-sehem tagħhom biex min sala bla użu tiġi imdawra f’sala li tilqgħek u ta’ użu kbir għal-banda.

Huwa ta’ unur għalina, li ngħidu li wara biss ftit snin din l-iskola issa tilqa mal- erbgħin bandist u mal-għoxrin alliev. Imħarġa min għalliema kwolifikati fil-mużika, ma jistax jonqos li l-prodott huwa ta’ livell għoli li bih kullmin huwa bandist ikun tħareġ biżżejed biex ikun jista jagħti s-servizz mixtieq lis-soċjeta.

Wara ristruturar sħiħ fis-sistema tal-iskola, mill 2017, l-iSkola għanda 6 għalliema għal 7 suġġetti.  Dawn huma il-lezzjonijiet flimkien mal-ghalliema tagħhom u l-ħinijiet tal-lezzjonijiet.

Theory Lessons – Graziella Vella – Nhar ta’ Tnejn bejn 17:45 – 20:15

Initial Class – Christine Dimech – Nhar ta’ Tnejn bejn  16:00 – 16:45

Wind Classes – Nathalie Cachia Bonavia – Nhar ta’ Erbgħa

Saxophone Classes – Christine Dimech – Nhar ta’ Tnejn bejn 14:50 – 16:00 & 16:45 – 19:15

Brass Classes – Daniel Vella- Nhar ta’ Ħamis bejn 17:45 – 21:00

Percussion Classes – Kristen Borg – Nhar ta’ Erbgħa

Piano Classes – Lara Scerri – Nhar ta’ Tlieta u Ħamis  bejn 16:00 – 19:00

 

Jekk tixtieq tkun parti min din l-skola imla il-formola biex tibda tisieheb maghna fl’ 2018. Tista ukoll is-segwi dak kollhu li qed issir ġo l-iskola billi tidħol fis-sit uffiċjali tal-iSkola, https://gvsom.bandavittorjanaxxar.org

Għal aktar informazzjoni għandek iċċempel lill Marica Borġ fuq 99844302 jew billi tibgħat email fuq banda@bandavittorjanaxxar.net

1

Uħud mill- Bandisti u Allievi 2016