Talent Żagħżugħ 2012

 

Talent Żagħżugħ 2012 – huwa program mużikali anwali imtelgħa mil- Għaqda Mużikali Vittorja, Naxxar. Dan il-program li sab postu sew fil-kalendarju tas-soċjeta’ huwa il-vetrina mużikali tas-soċjeta’ dan għaliex fih il-bandisti tal-post taħt l’isem Banda Żagħżagħ, ikunu il-protagonisti assoluti ta’ dan il-program.

Il-kummissjoni banda, flimkien mal-iSkola tal-Mużika “George Vella” ser itellgħa dan il-program għal- għaxar sena konsekutiva. Ta’ min isemmi li fl’ewwel edizzjoni tiegħu kien hemm biss 18-il parteċipant, imma għal-program ta din is-sena ser insibu madwar 40, numru sabiħ ħafna li jinkoraġixxi lis-soċjeta tkompli tinvesti fit-tfal tagħha.

Bħal ta’ kull sena dan il-program ser issir taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast u prodott tas-soċjeta, Christine Dimech. Jieħdu sehem, fost oħrajn, il-pjanista Yvette Marie Galea, il- Vittorja Clarinet Choir (choir magħmul min bandisti li jdoqqu strument mil-familja tal-clarinet u li huma frott tas-soċjeta), kif ukoll Alexia Agius u ħafna aktar attrazjonijiet speċjali, li jagħmlu dan il-program uniku fix-xorta tiegħu.

Data: Is- Sibt 17ta’ Novembru, 2012 Ħin: 20:00 Post: Oratorju Naxxar Dħul: B’xejn

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top