Ix-Xow mużikali annwali tant mistenni wasal fil-15 il-edizzjoni tiegħu, u is-sitt waħda ġewwa dan it-teatru mill-isbaħ li għandu raħalna.
Din is-sena it-tema ta’ dan ix-xow huwa, il-baħar. Tant kitbiet mużikali li jitrataw dan is-suġġett hekk għal qalbna lilna l-Maltin. Siltiet min films, diski magħrufa u siltiet mużikali oħra, flimkien ma xenografija min għad ta’ żgħażagħ mis-soċjeta’ bl-aħħar daqqa tkun tal-artist Naxxari Jennings Falzon, ser idaħħlu lil kull min jattendi f’atmosfera mil-isbaħ.
Il-Banda Żgħażagħ ser tkun taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast Christine Dimech, jieħdu sehem il-kantanti: Deborah Pullicino, Eliana Gomez Blanco, Krista Sujak u fl-aħħar u mhux l-anqas il-kantanta residenti tas-soċjeta’, Kacey Azzopardi. Għal l-ewwel darba, ser jiġi ippreżentat mil-attur u preżentatur Ronald Briffa, li ser ikun qed imexxina f’din id-dawra mużikali fuq il-baħar.
Għaldaqstant, narawkhom nhar is-Sibt, 25 ta’ Novembru ġewwa it-Teatru tal-Oratorju, ġewwa in-Naxxar. Il-biebien jinfetħu fis-19:00, bi’ Xow jibda fis-7.30pm. Id-Dħul ikun b’xejn.