Telfa Kbira għas-Soċjeta tagħna

Ftit tal-ħin ilu tħabret il-mewt tal-President Emeritus, Anthony Catania. Telfa kbira għas-soċjeta tagħna, fejn tilfet mhux biss pilastru sod tagħha imma leġenda għalina lkoll.
Anthony_CataniaIs-sur Catania kien president tas-soċjeta ghal-39 sena sħaħ fejn kien mutur kontinwu u moħħ li bih is-soċjeta tafu dak kollhu li tiposjedi. Niftakkru ukoll li kienet waqt il-presidenza tiegħu li is-soċjeta tagħna għaqdet il-banda Vittorja, li tant kienet għal- qalbu. Anke wara li hu xtaq jieqaf min president, hu kien ikun min tal-ewwel biex jgħati l- pariri siewja tiegħu biex nibqagħu socjeta b’saħħitha.

Żgur li l-akbar wirt li ta’ lill din is-soċjeta’ kienet il-kantata tant sabiħa bl’isem ta Bi Twelidek Rebbaħtna, fost affarijiet oħra. Niftakru ukoll li s-Sur Catania kien ġie rikonoxut b’ Gieħ in-Naxxar għas-servizz tiegħu u kontribut li ta lin-Naxxar u lill-poplu tiegħu.

Is-soċjeta illum tieqaf u tibki din it-telfa kbira li sofriet.

Il-President,il-kumitat u s-sotto kumitati jixtiequ jgħatu il-kondoljanzi sinċiera lill-familjari tiegħu.

Dettalji tal-funeral jitħabbru aktar il-quddiem.

Għatih O Mulej
il-Mistrieħ ta’ Dejjem

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top