The Nativity – Wirja ta’ Presepji

Għat-tmien sena f’dawn iż-żminijiet tal-Milied, is-soċjetà Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja tan-Naxxar, qiegħda ttella’ wirja ta’ presepji mill-isbaħ, bl-isem ta’ ‘The Nativity‘.

F’din il-wirja nsibu ħmistax il-presepju u diorami maħduma kollha mill-membri tal-istess soċjetà. Ħamsa minn dawn il-presepji qed jieħdu sehem fil-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepji li għaddejja bħalissa fil-gżejjer Maltin.

Insibu wkoll presepju mekkanizzat mill-isbaħ, b’daqs ta’ għaxar piedi kwadru. Dan il-presepju ilu jinħadem mill-2020, fejn minħabba l-pandemija qed ingawduħ issa din is-sena. Il-pasturi huma mlibbsin minn drapp veru u l-presepju fih ‘il fuq minn 70 moviment.

Ta’ min wieħed isemmi li f’dawn il-presepji wieħed jista’ jara diversi pasturi maħdumin lokalment minn Jennings Falzon, Jesmond Micallef u Joe Camilleri, kif ukoll pasturi li huma maħduma minn artisti barranin fosthom Montserrat, Di Francesco u Heidi.

Il-ftuħ tal-wirja sar nhar it-Tlieta 13 ta’ Diċembru mill-President tas-Soċjetà l-Onor. Dr. Michael Farrugia u Carmen Camilleri, Segretarja tal-UN.FOE.PRAE. (Federazzjoni tal-Għaqdiet tal-Presepji madwar id-Dinja) u mbierka minn Fr. Mark Spiteri.

Carmen kellha kliem ta’ tifħir għal livell għoli ta’ presepji li qed jiġu esebiti f’din il-wirja u għad-dettal li wieħed jista’ jinnota fihom.

Din l-esebizzjoni ser tkun miftuħa sa nhar il-Ħadd 8 ta’ Jannar.

Ħinijiet tal-Ftuħ

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa
mill-5.00 p.m. sat-8.00 p.m.

Sibtijiet, Ħdud u Festi
mill-10.00 a.m. sa 12.00 p.m.
u
mill-5.00 p.m. sat-8.00 p.m.

Il-wirja qed tittella’ fis-swali tas-sede tal-Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja, fi Triq Santa Luċija ġewwa n-Naxxar.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top