Tibdil fl’isem tal- għaqda tagħna

Kien ilu jinħass il-ħtieġa lis-soċjeta tagħti aktar ġieħ lil-patruna tan-naxxarin, Marija Bambina. L-isem tas-soċjeta’ kien biss ifakkar iġ-ġrajja tar-rebħa tal-gwerer li saru propju f’jum it-twelid ta sidtna Marija.

Membri mis-soċjeta’, ħassew li għandha tiġi mitlubha laqgħa ġenerali straordinarja permess ta petizzjoni iffirmata min aktar min 30 membru, hekk kif mitlub mill-istatut; u jiġi deċiż jekk l’isem tas-soċjeta għandhux jinbidel jew jinżamm hekk kif kien.

Il- Viċi President, Vince Debono jaqra l'ittra tal-petizzjoni.
Il- Viċi President, Vince Debono jaqra l’ittra tal-petizzjoni.

Propju il- Ħadd, 28ta’ Lulju, fl’10:15am bdiet din is-seduta, fejn kien hemm 52 membru preżenti u saret diskussjoni dwar din il-proposta. Kien hemm diversi kellimha li staqsgħu fuq x’konsegwenzi jista’ jkun hemm kif ukoll dwar l’għan ewlieni ta’ din il-bidla. Is-sur Anthony Muscat (is-sagristan), li kien wieħed min dawk li organizzaw din il-petizzjoni, fisser l’imħabba li għandha lejn il patruna tagħna in-naxxarin u kif u għaliex is-soċjeta għandha isemmhi isimha għaliha.

Is-sur Anthony Muscat (is-sagristan) jispjega il-mozzjoni
Is-sur Anthony Muscat (is-sagristan) jispjega il-mozzjoni

Hekk kif is-sur Muscat spiċċa mil ispjega tiegħu, kien hemm ċapċip kbir ta approvazzjoni. Dan ma fisser xejn, peress li min qabel il-president tas-soċjeta Dr. Michael Farrugia, kif ukoll il-viċi president, is-sur Vince Debono, kienu avżaw li id-deċizzjoni għandhi issir b’vot sigriet, it-tieni wieħed li qatt sar fl’laqgħa ta din ix-xorta.

Mument min waqt il-votazzjoni
Mument min waqt il-votazzjoni

Fl’ 10:48 bdiet il-votazzjoni fejn kul membru preżenti ivvota skond ix-xewqa tiegħu. Fil 10:55, il-votazzjoni ġiet magħluqa u fl’ 10:57, il-president ħabbar li 5 voti kontra u 47 favur, il-propsta għaddiet u issa is-soċjeta tagħna ġiet jisimha; Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja, Naxxar.

Għal aktar dettal ta kif tqasmet il-laqgħa għafas hawn.

Ritatti grazzi lis-sur Jurgen Attard.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top