Tlett bandisti jigradwaw!

B’ferħ kbir, is-soċjeta’ tifraħ lil tlett bandisti li minbarra huma bandisti, huma ukoll membru tal-kummissjoni banda, membru tal-kummissjoni żgħażagħ u għalliema tal-pjanu fl-iskola tal-mużika tagħna rispettivament.

Lara Scerri, li hija bandista tas-soċjeta’ u li ddoqq is-Sassafonu Alto, hija ukoll l-għalliema tal-pjanu fl-iskola tal-mużika George Vella. Lara għadha kemm reġgħat igradwat fl-accountancy, billi gabet Masters Degree,  M.Accty.

John Paul Muscat, huwa membru attiv tas-soċjeta’ u bandist regolari mal-banda tagħna. Din is-sena ingħaqqad ukoll mal-kummissjoni banda. John Paul, illum għalliem, igradwa fil-lingwa Maltija u l-Arti, billi ottjena id-degree B. Ed. Maltese & Art.

Ayrton Azzopardi, li ftit tal-ġimgħat ilu rebaħ borża ta’ studju, igradwa fl-A.I. (Artificial Intellegence), billi ġab id-degree B. Sc. IT (Hons.) (AI). Ayrton huwa membru attiv fis-soċjeta’ u bandist lejali u regolari. Ayrton, din is-sena ukoll, ingħaqad bħala membru fil-kummissjoni żgħażagħ.

Il-Kumitat huwa kburi li dawn iż-żgħażagħ jagħmlu parti mis-soċjeta’ u li għalkemm kellhom żmien diffiċli biex irnexxilhom jaslu s’hawn, xorta kienu jagħtu id-daqqa t’id tagħhom fil-ħin li setgħu. Din żgur hija prova ċara li is-soċjetajiet tagħna illum mogħnija b’talent artistiku kif ukoll jgħinu fil-formazzjoni taż-żgħażagħ biex jgħamlu suċċess f’ħajjithom.

Awguri mill-qalb Lara, Ayrton u John Paul. Is-soċjeta’ kburiha bikhom!

 

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top