Tlett Premjijiet fil-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepji

Għal sena oħra s-soċjetà tiftaħ is-sena bit-tajjeb hekk kif żewġ presepji li ġew esebiti fil-wirja li ġiet imtella’ f’dawn iż-żminijiet tal-Milied, ingħataw premju fil-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepji. Is-soċjetà wkoll ħadet premju fil-katergorija tal-isbaħ wirjiet.

Ir-riżultati eżatti huma dawn:

Kategorija 4 – Presepji Qies Żghir:
L-Ewwel Post – Rodney Galea

Kategorija 7 – Pasturi 20cm ‘il Fuq:
It-Tielet Post – Jennings Falzon

Kategorija 8 – Post Addattat
It-Tielet Post – Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja, Naxxar

Minn qalbna nifirħu liż-żewġ eżebituri li b’tant ħila, artistrija u dedikazzjoni kisbu unur kemm għalihom kif ukoll lis-soċjetà.

Nifirħu minn qalbna wkoll lil voluntiera u membri tas-soċjetà li ħadmu bla qatiegħ biex itellgħu wirja ta’ din l-iskala fejn saħinsitra xogħolhom ġie rikonoxxut bi premju wkoll.

Flaħħarnett, nirringrazzjaw mill-qalb lill-eżebituri kollha li għoġobhom jesebixxu l-presepji tagħhom fil-wirja tas-soċjetà, fejn kull min ġie jżurha kellu biss kliem ta’ tifħir!

Ritratti – Alessandro Bajada

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Pavaljuni tal-Ġimgħa Mqaddsa

Id-Dilettanti tan-Nar fi ħdan is-soċjetà qegħdin jerġgħu joħorġu pavaljuni ta’ mal-gallariji relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa. Reġa’ hemm żewġ għażliet

Aqra Iktar
Scroll to Top