Tlett Premjijiet fil-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepji

Għal sena oħra, is-soċjetà fetħet is-sena bil-kbir hekk kif tlett presepji li ġew esebiti fil-wirja li ġiet imtella’ f’dawn iż-żminijiet tal-Milied, ingħataw premju fil-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepji.

Ir-riżultati eżatti huma dawn:

Kategorija 1 – Presepji Mekkanizzati Kbar:
It-Tielet Post – Lawrence Azzopardi

Kategorija 3 – Presepji Qies Medju:
L-Ewwel Post – Matthew Camilleri
It-Tielet Post – Bruce Cortis

Minn qalbna nifirħu lil dawn it-tlett eżebituri li b’tant ħila, artistrija u dedikazzjoni kisbu unur kemm għalihom kif ukoll lis-soċjetà. Minn hawnhekk, nirringrazzjaw mill-qalb lill-eżebituri kollha li għoġobhom jesebixxu l-presepji tagħhom fil-wirja tas-soċjetà, fejn kull min ġie jżurha kellu biss kliem ta’ tifħir!

Ritratti – Alessandro Bajada

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top