Tqassim tar-Rigali mal-Kummissjoni Żgħażagħ

Għal darb’oħra fiż-żminijiet tal-Milied, il-Kummissjoni Żgħażagħ ser tkun qed terġa torganizza t-tqassim tar-rigali minn Father Christmas, fejn dawn jistgħu jkunu mhux biss għat-tfal żgħar iżda anke għaż-żgħażagħ jew għall-maħbub jew maħbuba tiegħek, bl-għan li f’dawn iż-żminijiet ta’ ferħ u paċi, inħallu tbissimha u nferrħu lil min hu għal qalbek.

Id-dati tal-ġbir tar-rigali mis-sede tas-soċjetà huma:

  • Il-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru mill-5.00 p.m. ‘il quddiem,
  • Is-Sibt 14 ta’ Diċembru mill-5.00 p.m. ‘il quddiem, u
  • Il-Ħadd 15 ta’ Diċembru mill-10.00 a.m. sa 12.00 p.m. u mill-5.00 p.m. ‘il quddiem.

Ir-rigali umbagħad jitqassmu nhar l-Erbgħa 18 ta’ Diċembru u l-Ħamis 19 ta’ Diċembru mill-5.30 p.m. ‘il quddiem. Kull rigal ser jiġi mqassam għal donazzjoni ta’ €5, u €1 għal kull rigal iktar imqassam fl-istess dar.

Poster – Karl Borg

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top