Tqassim tar-Rigali minn Santa Claus

Wara waqfa ta’ sentejn minħabba l-pandemija, l-Kummissjoni Żgħażagħ ser tkun qed terġa torganizza t-tqassim tar-rigali minn Santa Claus. F’dawn iż-żminijiet ta’ ferħ u paċi, sabiħ li nħallu tbissimha u nferrħu lit-tfal ċkejknin tagħna u min hu tant għażież għalina.

Din is-sena, iż-żgħażagħ qed jikkolaboraw ma’ Zaky’s Stationery, Partyware & Gifts, li jinsab in-Naxxar ħdejn is-Santwarju tal-Ħniena Divina, fejn ser ikunu qed iqassmu r-rigali kollha li jinxtraw mingħand dan il-ħanut, b’xejn.

Id-dati tat-tqassim ser ikunu t-Tnejn 19, it-Tlieta 20 u l-Erbgħa 21 ta’ Diċembru mill-5:30 p.m. ‘il quddiem.

Inħeġġukom tgħaddu sgħand Zaky’s Stationery jew iżżuru l-website tagħhom, sabiex tixtru r-rigali għat-tfal tagħkom u tirriservaw slot għat-tqassim tal-istess rigali!

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top