Aħbarijiet

Proġett ieħor jieħu finanzjament artistiku

Il-proġett bl'isem ta' "Gathering Youths through Arts" kien wieħed minn tlett proġetti magħżula minn fost tnejn u għoxrin applikant, biex jibenefika minn fond tal-Kommunitajiet Kreativi. Dan il-proġett għandu l-ħsieb li jlaqgħa tfal u żgħażagħ li mhux is-soltu jkunu jifrekentaw lis-soċjeta' bis-saħħa ta forom ta arti differenti, fosthom, kant, tpinġija u arti teatrali apparti il-mużika. B'dan il-proġett is-soċjeta' qed timmira biex tressaq aktar żgħażagħ lejn is-soċjetajiet u… Continue reading Proġett ieħor jieħu finanzjament artistiku

Attivitajiet

FIFA 18 Playstation Tournament

Illum sar it-tournament tal-logħba FIFA 18 ġewwa is-sala tas-soċjetà. Ir-rebbieħa kienu: L-ewwel post: Luke Bartolo, It-tieni post: Fabrizio Farrugia, It-tielet post: Michael Owen Micallef It-trofej kienu imqassama minn Karl Borġ għal- Kummissjoni Żgħażagh. It-rofeh kienu ġentilment mogħtija mill- President, l- Onorevoli Dr. Michael Farrugia.

Aħbarijiet

Presentazzjoni ta fondi

Illejla waqt attività mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Għaqda Każini tal-Banda, is-soċjetà tagħna ġiet ippreżentata bil-fond miksub għas sena 2018. Fond li bih ser jara l-banda tagħna tkompli issaħħaħ u tkabbar il-kultura mużikali ġewwa n-Naxxar b'diversi attivitajiet. Waqt il-preżentazzjoni, l-għalliema tal-Klarinett Nathalie Cachia Bonavia flimkien mal-bandisti Pavel Cuschieri u Anthea Scicluna rċevew il-fond għan-nom tas-soċjetà mil Ono.… Continue reading Presentazzjoni ta fondi

Aħbarijiet

Stqarrija mill-Kumitat

Wara artiklu maħruġ mill-ġurnal ILLUM, il-Kumitat jikkjarifika li bl’ ebda mod is-Soċjetà mhi mhedda li tinħareġ mis-sede attwali tagħha. Il-propjetà hija waħda mikrija mingħand il-gvern u mhux mil-privat kif allegat l-istess artiklu. Filfatt fl'2016 ġie iffirmat kuntratt ġdid għal 50 sena oħra. Filwaqt li ninsabu ddispjaċuti għal dan, nesprimu solidarjeta' mas-Soċjetajiet l-oħra li jinsabu verament… Continue reading Stqarrija mill-Kumitat

Attivitajiet

It-Triq ‘il Quddiem

Waqt is-seminar li sar il-bieraħ mill- Ghaqda Kazini tal-Banda bl' isem ta' It-Triq 'il Quddiem il-P.R.O. u għalliem tal-mużika Daniel Vella kien wieħed mill-kelliema f'isem il-kummissjoni tal-Etika fi ħdan l-istess għaqda. Huwa ta' unur li bħala soċjetà prattikament żagħżugħa bħal tagħna, inkunu min ta quddiem biex nindirizzaw il-problemi li s-soċjetajiet tagħna qedin jaffaċċjaw. Għal din… Continue reading It-Triq ‘il Quddiem

Attivitajiet

Fenkata fil-każin

Nhar il-Ġimgħa, 11ta Mejju ser tiġi organizzata fenkata mid-dilettanti tan-nar. Prezz ta €15 li jinkludi appetizers u deżerta. Għall bookings kelmu lid-dilettanti tan-nar. Narawkom!