Update 1: Akkademja Muzikali, Misericordiae Vultus

Wara is-suċċess tas-sena l-oħra fejn il-Brass Ensemble tas-soċjeta’, taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Roderick Bugeja, eżegwiet program Mużikali ġewwa is-Santwarju Ħniena Divina, din is-sena l-Banda Vittorja ser teżegwi Akkademja Mużikali fl-istess Santwarju bl-isem ta Misericordiae Vultus, li tfisser Wiċċ il-Ħniena.
Propju fis-sena tal- Ġublew tal-Misericordia tal-knisja Kattolika, il-banda ser tkun qed  teżegwixxi siltiet mużikali  tematici taż-żmien ir-randan min kompużituri bħal  Jenkins, Verdi, Williams u Rossini, b’arranġamenti mużikali ta’ Charles Abela u Aurerio Belli kif ukoll tal-mibki surmast Naxxari, G. Fenech fost  oħrajn, bis-sehem tat-Tenur Charles Vincenti kif ukoll tal-klarinettista Nathalie Cachia Bonavia u Carmel Cachia fuq l-ewfonju. Kif inhu xieraq Father Michael Agius, ser ikun qed  jaqsam xi ħsibijiet dwar  il-Via Sagra li tant hija milquma f’dan fis-Santwarju.

Is-siltiet li ser jindaqqu huma:

1. Hymn to the Fallen – John Williams (Arr. C Abela)

2. Agnus Dei – Karl Jenkins (Arr. C. Abela) Tenur Charles Vincenti

3. A mio Amato Padre – Daniel Vella

4. Cujos Animam from Stabat Mater – Rossini (Arr. C.Caruana) Tenur Charles Vincenti

5. Benedictus – Karl Jenkins (Arr. A. Belli) Euphonium Solo: Carmel Cachia

6. Largo from New World Symphony – Dvorak – (Arr. C. Abela)

7. O V Omnos & Ecce Quomodo Mariti Justus from Responsorji – Vittorio Scerri (Arr. G. Fenech) Tenur Charles Vincenti

8. Theme from Schindler’s List – John Williams (arr. C.Abela) Clarinet Solo: Nathalie Cachia Bonavia

9.Lacrimosa Dies Illa from Messa da Requim – G. Verdo (arr. C. Abela) Tenur Charles Vincenti

10. In Memoriam – Roderick Bugeja

L-Akkademja Muzikali ser issir, fis-Santwarju Hniena  Divina ġewwa in-Naxxar , nhar l-Erbgħa , 23 ta’ Marzu, magħruf aħjar bħala l- Erbgħa tat-Tnibri u li jibda fit-8:00pm. Id-dħ għal din l-akkademja hija b’xejn.

image

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top