Video: Dalwaqt, applikazzjoni għal-istudenti tal-mużika.

Min nhar il-Erbgħa li ġej, l-1 ta’ Awwissu, l-iSkola tal- Mużika George Vella ser tkun qed tilqa’ l-applikazzjinijiet għal studenti tal-mużika għas-sena skolastika il-ġdida li tkun bejn l-1ta’ Ottubru 2018 sa l-1 ta’ Awwissu, 2019.

Fost oħrajn din l-iskola tilqa madwar 40 student preżentament, u għanda 7 għalliema professjonali.

Għal €85 fis-sena, aparti li jkollhom madwar 80 lezzjoni fis-sena bejn teorija u prattika, ikollhom ukoll parti mil-ispiża tal-pjanista imħallsa meta dawn jgħamlu l-eżami tal-iskola tagħna, kif ukoll twasal l-istudenti għal-eżamijiet ta’ barra, toffri strument b’xejn għal-ewwel sentejn, kif ukoll torganizza bostha attivitajiet mużikali, bħal kunċerti, masterclasses, workshops u chamber music u oħrajn, li fihom l-istudenti ikunu jistgħu juru il-kapaċitajiet tagħhom. Aparti min hekk, meta jaslu f’livell mixtieq, ikunu jistgħu jifformaw parti mil-banda Vittorja kif ukoll ikunu eleġibbli biex jagħtu is-servizz tagħhom ma baned oħra, kif ukoll ikunu jistgħu japplikaw biex ikunu membri tal-banda nazzjonali kif ukoll, jekk il-livell mixtieq ikun intlaħaq, japplikaw biex ikunu parti mil- M.Y.O. (Malta Youth Orchestra)

 

Komplu segwu dan is-sit għal- applikazzjoni kif ukoll għal-prospectus il-ġdid tal-iskola.

Titlfuhx din l-okkażżjoni!

Produzzjoni: Neomax Studios by Carlo Tonna De Lorenzo

36861984_10155692876016200_5987201994220109824_n.jpg

 

 

 

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top