Wirja – 25 Sena Banda

Waħda mill-attivitajiet ċelebrattivi għal din is-sena hija propju Wirja li tesebixxi il-mixja tal-banda tagħna f’dawn il-25 sena ta’ suċċessi. Imtellgħa b’tant preċissjoni u reqa’, l-istoriku u partitarju tas-soċjeta’, Mark Mangani, esebixxa l’aqwa mumenti storiċi ta din il-banda. Wirja li fiha min strumenti, ritartti, standardi u video clips, żgur li ser tkun attrazjoni għal-dawk id-dilettanti tal-baned maltin.Ma jonqosx li din il-wirja titellgħa ġewwa is-sala Toni Catania, president emeritus u pijunier tal-banda, li mexxa’ din is-soċjeta għal 39 sena sħaħ bħala president.

Il-Ftuħ uffiċjali ser issir nhar il-Ħadd 6 ta’ April 2014 fid-9:45am  u tibqa miftuħa sa 13:00.

Din il-wirja qed issir b’kollaborazzjoni mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar.

Ħinijiet tal-Wirja:

Mill- Ħadd 6ta’ April sal Ħadd 20ta’ April, KULJUM bejn il- 17:30 u 19:30.

Wirja 25 Sena Banda

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top