Jumejn ilu ingħata bidu għall-3 t’ijiem ta’ Music Workshops tal-sassafonu li qegħdin isiru fil-Każin tal-banda Santa Katerina fiz -Zurrieq, bħala parti mill-proġett bejn erba’ għaqdiet mużikali – Societa’ Filar. La Vittoria – il-Mellieħa, Soċjeta’ Mużikali Sta. Katarina V.M. – iż-Żurrieq, Għaqda Mużikali Marija Bambina – Banda Vittorja – in-Naxxar u Għaqda Mużikali Pinto – Banda San Sebastjan – Ħal-Qormi. Dan il-proġett qiegħed isir bis-saħħa ta’ fondi tal-iskema tal-Aġenzija Żgħażagħ – It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda.
Il-worshops ser jiġu konklużi b’kunċert mill-istess studenti ilejla fis-6,30p.m. fis-Sala principali tal-istess każin. Kulħadd huwa mistieden.
Il-Hadd, 6 ta’ Novembru, bandisti mill-4 ghaqdiet ser ikunu qedin jezegwixxu muzikali kongunt gewwa il-Youths Village gewwa Santa Venera (ex Umberto Colosso) u li ha jkun taht id-direzzjoni tal-4 Surmastrijiet Diretturi tal-Ghaqdiet li hadnu dan il-progett.