Nhar is-Sibt, 27 ta’ Marzu, 2021 ġew fi tmiemhom seba’ sessjonijiet virtwali ta’ siegħa u kwart kull waħda mmexxijin minn John Paul Muscat bħala parti mit-teżi tiegħu tal-Masters of Arts in Social Practice Arts and Critical Education li qiegħed isegwi fl-Università ta’ Malta. John Paul issa wasal fit-tieni u l-aħħar sena tal-istudji tiegħu. Dawn is-sessjonijiet bdew nhar is-Sibt 13 ta’ Frar, 2021 u minħabba l-pandemija tal-Covid-19 saru b’mod virtwali permezz tal-Microsoft Teams.
Il-kors jiffoka fuq l-arti fil-komunità u kien miftuħ għal studenti li għandhom bejn it-8 u 12-il sena u huma studenti tal-Iskola tal-Mużika, ‘George Vella’ fi ħdan is-Soċjetà jew b’xi mod huma parteċipi fil-Każin Vittorja.
Dawn is-sessjonijiet forma ta’ ‘workshops’ trattaw temi differenti u kross-kurrikulari fosthom l-Istorja tal-Arti, l-arti viżiva, il-mużika, il-lingwa, l-letteratura u l-ambjent. L-istudenti kellhom l-opportunità li jesploraw dawn it-temi fil-fond billi jħaddmu l-ħsieb kritiku, iwieġbu għal mistoqsijiet, jiddiskutu, janalizzaw kif ukoll jużaw materjali differenti biex joħolqu x-xogħlijiet 2/3 dimensjonali.
Ix-xogħlijiet f’din l-esebizzjoni virtwali huma ta’:
- Jake Azzopardi, (Età: 11-il sena).
- Madeleine Bonello (Età: 11-il sena).
- Shaznaia Bugeja (Età: 12-il sena); u
- Liam Briffa (Età: 9 snin).
Grazzi u prosit lil dawn l-istudenti li ħadmu qatigħ, kif ukoll lill-ġenituri tagħhom tal-għajnuna u s-sostenn kontinwu. Grazzi wkoll lil John Paul Muscat, Assistent Segretarju tas-soċjetà, talli għoġbu jagħmel dawn is-sessjonijiet fi ħdan is-soċjetà u l-iSkola tal-Mużika tagħna.