Xahar qabel il-Marċ ta’ Filgħodu

Illum ninsabu propju xahar qabel il-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu, marċ li hu tant popolari man-Naxxarin. Is-soċjetà ilha tieħu ħsieb dan il-marċ għal 32 sena sħaħ, iġifieri mill-1987. Peress li l-Każin Vittorja kien għad ma kellux banda, fl-ewwel sentejn kellha tiġi tingħaqad banda apposta. Mit-twaqqif tal-Banda Vittorja fl-1989, dan il-marċ kien u għadu sal-ġurnata tal-lum isir mill-Banda Vittorja!

Inħossuna ferm kburin li l-banda tagħna li dis-sena qed niċċelebraw it-30 sena mit-twaqqif tagħha, hija l-unika waħda Naxxarija li qatt daqqet marċ ta’ filgħodu fil-festa tan-Naxxar.

Din is-sena, il-Banda Vittorja tibda dan il-marċ fil-11.00am minn quddiem is-sede tas-soċjetà fi Triq Santa Luċija u tipproċedi għal Triq l-Ifran, Vjal il-21 ta’ Settembru, Vjal ix-Xogħol, Triq il-Ġdida, Triq is-Salib, Triq il-Kbira, Misraħ ir-Rebħa u fl-aħħar ittemm il-marċ fi Triq Santa Luċija għal ħabta tat-3.00pm.

Inħeġġukom tingħaqdu magħna l-Vittorjani, għal dan il-marċ uniku ġewwa l-belt tagħna n-Naxxarin!

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top