Yeshua – Fid-dell tal-ħarsa tiegħu!

F’dawn iż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa, is-soċjetà ser tkun qed ittella’ wirja artistika b’diversi statwi, figuri u abbozzi t’artisti differenti fosthom l-artist Naxxari Jennings Falzon, kif ukoll xeni relatati ma’ dan iż-żmien sagru, bl-isem ta’ YESHUA, fid-dell tal-ħarsa tiegħu.

Din l-esebizzjoni ser tkun miftuħa minn nhar it-Tnejn 27 ta’ Marzu u tkompli sa nhar Ħadd il-Għid 9 t’ April.

Ħinijiet tal-Ftuħ

Fost il-Ġimgħa
mis-6:00 p.m. sad-9:00 p.m.

Ħadd il-Palm, Ġimgħa Kbira u Ħadd il-Għid
mid-9:00 a.m. sa 12:00 p.m.
u
mill-5:30 p.m. sad-9:00 p.m.

Il-wirja ser tkun qed tittella’ fis-swali tas-sede tal-Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja, fi Triq Santa Luċija ġewwa n-Naxxar.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top